Winning entries could not be determined in this language pair.There was 1 entry submitted in this pair during the submission phase. Not enough entries were submitted for this pair to advance to the finals round, and it was therefore not possible to determine a winner.Competition in this pair is now closed. |
Aħna noqogħdu f’wieħed mill-appartamenti ċkejknin li jinstabu f’kumpless ta’ bini b’ħafna sulari li jagħti kenn lil numru ta’ familji tal-klassi medja. Iżda toħodhiex bi kbira li l-membri tal-familja Felis Domestica li għoġbithom il-binja tagħna jiżbqu ’l dawk tal-Homo Sapiens. Għax dawn il-kreaturi b’erba saqajn u dwiefer li jinġibdu lura, u li jistgħu jiftaħru bil-kuġini slavaġ tagħhom – Ljuni, Tigri, Linċi u Oċelotti - ma jibżgħu minn ħadd fl-inħawi tagħna. Il-popolazzjoni dejjem tikber tal-qtates li għandhom disgħa ħajjiet iddejjaq ’il kullhadd imma tiddeverti lil ħafna. Dawn il-qtates fil-vjal tagħna jimmarkaw it-territorju tagħhom bir-reqqa. Dawk tal pjan terran u tal-ewwel u t-tieni sular jibqgħu fis-sular tagħhom, ħlief meta, imġewwħin, jaqsmu għal ġo kċejjen oħra. It-terazzin huwa rriżervat għal frieħ u xi daqqiet jintuża mill-aristokratiċi ta’ dak li kien is-Siam għal xi lagħqa ta’ ġisimhom u biex jixxemmxu. Il-qtates irġiel ifittxu xi rokna kennija għal raqda għażżiela f’postijiet fejn lanqas tista tbandal qattus, bħal-kamra tal-għassies, fejn setgħu sabu ’l dak il-povru jieħu nagħsa. Alla żejjen lil dawn il-ħlejjaq b’zewġ larinġi – wieħed għall-għazil u l-ieħor biex jagħmlu mjaw, u bil-lejl xi wħud mis-soprani felini fl-inħawi tagħna izommu ’l kullhadd imqajjem bl-orkestri tal-lejl tagħhom f’xi okkażjoni speċjali. Xi wħud mir-residenti li jħobbu kollox f’postu jiddejqu meta dawn il-qtates griżi jgerfxulhom l-affarijiet tagħhom. L-inkwilini aktar aggressivi jħossu bil-qawwa li dawn il qtates għandhom jitkeċċew bil-frosta. Dawk aktar paċifisti huma indeċiżi, jistennew biex jaraw liema naħa se jaqbeż il-qattus. Intant, għadna ma nafux minn se jingħata l-inkarigu li jwaħħal il-ġolġol mal-qattus! | Entry #32999 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|