Winning entries could not be determined in this language pair.There was 1 entry submitted in this pair during the submission phase. Not enough entries were submitted for this pair to advance to the finals round, and it was therefore not possible to determine a winner.Competition in this pair is now closed. |
Dak il-mument, ħamsin sena ilu, meta Neil Armstrong poġġa siequ fuq wiċċ il-qamar nissel għaġeb u sens ta' kburija mad-dinja kollha. Din il-gazzetta irraġunat li "minn issa 'l quddiem, il-bniedem jista' jmur kull fejn jgħidlu moħħu u kull fejn jippjana fl-univers....żgur li, illum qabel għada, jasal sa fuq il-pjaneti". imma le. l-inżul fuq il-qamar kien atipiku, għan milħuq mhux bħala mira fiha nfisha, iżda bħala mezz li bih l-Amerika tat sinjal tal-kapaċitajiet straordinarji li kellha. Dak l-argument, ladarba sar, ma kellux bżonn jiġi ripetut. 571 ruħ biss telgħu fl-orbita; u mill-1972 'l hawn hadd m'azzarda jitbiegħed fl-ispazju aktar mid-distanza bejn Des Moines u Chicago. Il-ħamsin sena li ġejjin se jkunu differenti ħafna. It-tnaqqis fl-ispejjeż, l-ambizzjonijiet taċ-Ċiniżi u l-Indjani, u ġenerazzjoni ġdida ta' intraprendituri jawguraw tajjeb għal epoka kuraġġuża ta' żvilupp spazjali. Żgur li se tinvolvi turiżmu ghall-għonja u sistemi ta' kommunikazzjoni aqwa għal kullħadd; fit-tul tista' tinvolvi l-estrazzjoni tal-minerali u anke t-trasport tal-massa. L-ispazju se jsir aktar u aktar estensjoni tad-dinja - miftuh mhux biss għall-gvernijiet iżda għaall kumpaniji u individwi privati. Imma biex dan iseħħ hemm bżonn li d-dinja tfassal sistema legali li tkopri s-smewwiet - kemm waqt il-paċi u, jekk naslu s'hemm, anke fil-gwerra. S'issa, l-iżvilupp tal-ispazju kien iffukat fuq it-titjib tal-attivitajiet hawn isfel - l-aktar il-kommunikazzjoni bis-satelliti għax-xandir u n-navigazzjoni. Issa l-affarijiet qed jinbidlu. L-ewwel nett, il-ġeopolitika qed tħeġġeġ sforz ġdid biex il-bniedem jasal lil hinn mill-orbiti baxxi madwar id-dinja. Iċ-Ċina qed tippjana li tniżżel in-nies fuq il-qamar sas-sena 2035. Il-gvern ta' Donald Trump irid li l-Amerikani jerġgħu lura hemmhekk sal-2024. Spejjeż imnaqqsa ifissru li dan il-ftaħir jiswa inqas minn qabel Apollo sewa mijiet ta' biljuni ta' dollari (fi flus tal-lum). Issa l-biljett iqum għexieren ta' biljuni. (.......) Huwa żball li l-ispazju jiġi promoss bħala "Wild West" romantiku fejn l-umanità tista' teħles mill-ktajjen u terġa tiskopri id-destin tagħha. Biex il-wegħdiet tal-ispazju jitwettqu hemm bżonn il-governanza. Fi żmien meta m'hemmx qbil fuq in-negozju dinji tal-azzar jew taż-żerriegħa tas-sojja, din tista titqies bħala xi ħaġa diffiċli. Imma mingħajrha l-aħjar li jista' jiġri hu li l-potenzjal kollu ta' dak li jinstab lil hinn mid-dinja jkollu jistenna ħamsin sena oħra biex jintlaħaq. L-għar huwa li l-ispazju jista' jżid mal-problema tad-dinja. | Entry #27737 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|